HAZ-ZEBBUG----Citta De Rohan
  Il-Gimgha l-Kbira
 

Is-sitta ta' April 2007 harget il-purcissjoni tal-Gimgha l-kbira mill-Knisja Arcipretali ta' San Filep f' Haz-Zebbug. Il-purcissjoni din is-sena giet imxandra fuq it-televizjoni u tistghu timmaginaw kemm kien hemm tensjoni biex izommu mal-hin tat-televizjoni izda kollox ghadda b'wicc il-gid. Ta' min jghid li l-pjazza kienet imbullatha bin-nies fosthom turisti minn pajjizi differenti. L-attivitajiet bdew x'hin bid-dahla ta' Gerusalemm li bdiet ghal habta ta' l-erbgha ta' wara nofsinhar u wara harget il-parata b'ghadd ta' personaggi u ta' suldati u fl-ahhar ghal habta tal-hamsa u nofs bdiet hierga il-purcissjoni.

Wahda mill-problemi l-kbar kienet it-temp ghax matul l-ewwel jiem tal-gimgha ghamel il-maltemp u kullhadd haseb hazin imma il-gimgha harget gurnata mill-isbah b'ziffa helwa kultant insomma temp perfett ghal purcissjoni. Hasra kienet li certu nies irresponsabli ghadu jghaddu min-nofs u telfu r-ritmu tal-purcissjoni, izda m'hemmx taghmel!

Din is-sena hadu sehem l-iscouts li daqqew quddiem ir-redentur fil waqt li il-banda ta' San Filep (ta' l-istilla) daqqew marci funebri quddiem il-vara l-kbira.

Tassew  li dawn il-jiem jghaddu malajr, jiem li jghaqdu r-rahal izda kollox ghandu t-tmiem, forsi ahna ninsewha ghal ftit il-purcissjoni izda dan ma jghoddx ghal minn jiehu hsieb il-purcissjoni. Dawn in-nies joffru l- hin taghhom biex jorgannizzaw din il-manufestazzjoni ta' kull sena. Ta' min jizzik hajr lilhom ghal hidma taghhom!

Wara dawn il-kelmtejn niextiq nawgura l-ghid it-tajjeb lil kulhadd!

Uhud mill-persunaggi

 

 

 

 

 

 

 

 

 
 
   
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free