Navigation |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Min hu San Guzepp-- Fr. Daniel |
|
|
Din l-informazzjoni giet mehuda mill-website www.cittarohan.org. Fuq San Guzepp ma tantx nafu pero dak li nafu jaghmlu tassew qaddis kbir. Il-kobor tieghu johrog car mill-umilta kbira tieghu u l-virtujiet li kien ihaddan. L-istorja tieghu ma kinitx miktuba mill-bnedmin izda miktuba mill-Ispirti s-Santu li fada f'idejh it-trobbija ta' l-Iben t'Alla u l-harsien ta' Ommna Marija. Missjoni kbira tassew. Haga li l-mohh taghna jsibha difficli biex jahsibha. Immagina li inti tigi afdat b'tarbija li mhix xejn hlief l-Iben ta' Alla u jkollok bhala martek Omm Alla. Kemm hi tremenda u ta' l-ghageb din il-missjoni li f'idejk ghandek l-iben ta' Alla u ma genbek Omm Alla. Il-fatt li Alla ghazlu li jkun missier putattiv ta' ibnu u r-ragel ta' ommu, turi l-fiducja kbira li kellu Alla l-Missier f'San Guzepp. M'hemmx kelma ohra li tesprimi dan is-sentiment: responsabbilta tremenda. L-gharfien ta' dan kollu sar gradwalment. San Guzepp meta hares lejn Marija ma kienx jaf li hi kellha tkun Omm Alla. Infatti meta infurmatu li kienet harget tqila bil-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu....Zewgha Guzeppi, li kien ragel gust u ma riedx ixandarha quddiem kulhadd, ghamel il-hsieb li jibghatha bil-mohbi tan-nies (Mt 1;19) Hu hawn ghandna l-ewwel indikazzjoni tal-kobor ta' dan il-qaddis. Minghajr ma jikkundana jew jakkuza hu wera maghha hafna karita - ried ihalliha f'idejn il-Mulej. Pero Alla li gharaf il-kobor ta' dan ir-ragel baghatlu ghandu Anglu tal-Mulej biex qabel ma jiehu din id-decizjoni jurih il-missjoni tieghu f'dawk ic-cirkostanzi. U San Guzepp hadha ghandu. Kemm inkunu iktar ferhana kieku jkollna attitudni virtujiet ta' karita, moghdrija u ta' kompassjoni lejn dawk li f'ghajnejna forsi naqsu. Minflok nitfghu s-suspetti, inqasqsu fuq l-ohrajn, nitkazaw jew sahansitra nippruvaw numiljaw lil dak li jkun. Kieku niehdu biss dawn il-virtujiet ta' San Guzepp kieku kemm paci jkollna madwarna. Jalla din il-festa tghinna biex nidhlu iktar fil-profondita tal-hajja ta' dan il-qaddis kbir li m'ghandna xejn hlief li nitghallmu minnu. Qaddis li Alla l-Missier fdah bit-trobbija ta' Ibnu u bil-harsien ta' Ommna Marija. Jalla naghrfu l-kobor tieghu u l-virtujiet li hu haddan. Il-Mulej iberikkom.
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|