Haz-Zebbug u l-Preistorja
L-istorja ta' Haz-Zebbug hija twila hafna,li sahansitra tehodna fil-preistorja ezattament 3,200 sena ilu. F'haz-Zebbug nstabu oqbra mhaffrin gol-blat u xi fuhhar li jixhbu hafna lil dawk li kienu nstabu fix-xlokk ta' Sqallija. Haga nteressanti ukoll lili jidher li qatt ma kien hemm kuntatt bejn l-abitanti tan-neolitiku u dawk tal-fazi ta' Haz-Zebbug. F'haz-Zebbug nstabu zewg tipi ta' tafal: tafal griz-sewdieni u jleqq:l-iehor hu tafal safrani u matt, madanakollu setghu jkun hemm xi eccezjonijiet. Il-fuhhar kellu hafna tizjini differenti u dawn it-tizinji kienu ifissru xi haga ghal min ghamilhom. L-ewwel oqbra nstabu f'Ta Trapna. Fl-1947 nstabu 5 oqbra li biex tinzel ghal go fihom ridt tidhol minn spiera nhux fonda hafna. Dawn l-oqbra aktarx li kienu kmamar tondi mhaffrin fil-blat. L-opra f'Ta' Trapna ghandhom mas-6000 sena u minnhom hargu hafnu fuhhar.
Iz-Zmien Puniku
Bejn l-1882 u l-1981 nstabu 6 oqbra Punici f'Haz-Zebbug. It-tieni qabar li nstab kien mhaffer fil-blat li nstab fil-limit ta' Hal Mula. F'dan iz-zmien nstabu buqari, urni, platti b'xoffa wiesgha, lampi bi zewg ftejjel, labar tal-hajt u crieket u hafna affarijiet ohrajn.
Il-Bidu ta' Haz-Zebbug
Il-familja Abela, li kienet tiggverna lill-Malta u lill-Aggira, fis-sena 1392, kienu tal-ewwel li ghamlu relazzjoni tajba bejn dawn iz-zewg t’ibliet. Jista’ jkun li kienu huma li bdew idahhlu d-devozzjoni lejn San Filep. Sqalli iehor, kien Filippu l-Kataniz li kien gej min familja nobbli u maghrufa ta’ Katanja. Dan kien gie Malta minhabba x-xoghol tieghu, u spicca zzewweg ghand familja Maltija nobbli, li jidher li kienet toqghod lejn fejn huwa maghruf, ‘Ta' Mamo’. Hemmhekk, huwa kellhu knisja zghira. Jghidu li Filippu l-Kataniz, kien jippreferi jmur jisma’ l-quddies Hal-Qormi, izda jidher li kien hemm xi ddisgwid bejnu u xi nies min Hal-Qormi, u ghalhekk hass li kienet tkun xi haga ghaqlija hafna li kieku kellha tinbena knisja kbira f’nofs dan ir-rahal. Huwa tenna li hu lest jikkontribwixi l-art biex issir din il-knisja, pero’ trid tkun ddedikata lil San Filippu t’Aggira. Jidher li kellhu gnien kbir u offrih biex tinbena l-knisja fl-1380. Jidher li l-knisja li bena Filippu dak iz-zmien kienet izghar min dik li hemm illum. Filippu kien offra wkoll dar biex isservi bhalha residenza ghall-vigarju li kien jiehu hsieb il-knisja, flimkien mar-renti ta’ xi eghlieqi, li l-iskop taghhom kien li jithallas is-sacerdot. Haz-Zebbug kien it-tmien belt li sar parocca. L-awtoritajiet tal-Knisja, damu jahsbuha jekk dan ir-rahal jaghmluhx parocca, minhabba li kien vicin l-Imdina, u ma kellhux limiti kbar bhal ma kellhom parocci ohra ta’ Hal-Qormi, Naxxar jew iz-Zejtun. Is-sur Mamo, sinjur joqghod Haz-Zebbug, offra dar ukoll, fejn sal-llum ghadha dar tal-knisja, fejn joqghod l-Arcipriet. Din regghet imbniet fis-sena 1636, mill-kappillan Vassallo, u Dun Cachia rega’ mmoderniza xi partijiet mid-dar.
|