HAZ-ZEBBUG----Citta De Rohan
  Kazin 12 ta' Mejju
 

Din l-informazzjoni ngabet mis-sit www.12thmay.com


 

 

F’nofs is-snin hamsin, il-Festa popolari ta’ San Filep bdiet sejra lura sewwa. Bosta kienu dawk in-nies li b’kull mod possibli ppruvaw itejjbu din is-sitwazzjoni, izda spiss dawn it-talin kienu jigu mwarrba. Dan il-fatt wassal sabiex jinfetah Kazin iehor. Il-Fundatur tas-Socjeta kien is-sur Filippu Grech, kuntrattur. Il-Ftuh ufficjali sar nhar it-22 t’ Ottubru 1961 bl-isem ‘12th May Band & Social Club’. F’din l-okkazzjoni, li fiha hadet sehem il-Banda Pinto, izzanzan l-istandard ufficjali tas-Socjeta li issa kienet kostitwita minn Kumitat Ezekuttiv u b’aktar minn 120 membru. Mat-twaqqif taghha s-Socjeta’ ntrabtet li taghmel: “Kull ma hu mehtieg biex il-Festi ta’ San Filep f’Haz-Zebbug ikunu ta’ kobor, gmiel u dinjita’ li jaghmlu unur lir-rahal” Sa mit-twaqqif ufficjali ta’ din is-Socjeta’, il-Kumitat u l-membri habirku sabiex jifformaw il-Banda 12th May. Din il-Banda daqqet ghall-ewwel darba fil-festa ta’ San Filep 1962, b’numru sabih ta’ bandisti zebbugin. Is-Surmast taghha kien il-mahbub Amante Attard, wiehed mill-ewlenin li habirku ghat-twaqqif tas-Socjeta’. F’Dicembru ta’ l-istess sena, il-Banda ghamlet l-ewwel servizz taghha barra minn haz-Zebbug fl-okkazjoni tac-centinarju tal-Banda Pinto. Fis-sena 1963, habat ic-centinarju ta’ l-istatwa ta’ San Filep u ghal din l-okkazjoni, il-Banda ghamlet marc brijuz u programm vokali u strumentali fejn daqqet Innu lil San Filep, versi tas-Sur Philip Chircop u muzika tas-Surmast C. Brincat. Dan il-programm kien taht il-patrocinju ta’ Mons. Arcisqof Sir Michael Gonzi. Fis-17 ta’ Marzu 1964, bhal sajjetta fil-bnazzi, il-mingel tal-mewt hasad minn fostna lis-sur Filippu Grech, il-fundatur tas-Socjeta’. Kif xieraq il-Banda 12th May taghtu l-ahhar tislima bid-daqq tal-marci funebri. Fid-9 ta’ Settembru 1967, fl-okkazzjoni tal-Festa Nazzjonali, il-Banda rraprezentat ‘il-Baned Maltin billi ghamlet marc fi Triq ir-Republika tal-Belt Valletta u programm fi Pjazza Regina taht id-direzzjoni tas-surmast Amante Attard fejn qatghet figura sabiha. F’gheluq l-ghaxar anniversarju tas-Socjeta’, il-kumitat flimkien mal-membri hassew ix-xewqa li jikkonsagraw is-Socjeta’ lill-Qlub imqaddsa ta’ Gesu u Marija. Ghal dawn l-okkazjoniet, gie mhejji programm li lahaq il-qofol tieghu nhar it-2 ta’ Mejju 1971. Filghodu saret il-Quddiesa tal-Konsagrazzjoni fil-Kazin mill-Isqof Gerada u filghaxija sar Programm Muzikali mill-Banda 12th May, fil-prezenza ta’ l-E.T. Mons. Arcisqof Sir Michael Gonzi u l-Gvernatur Generali Sir Maurice Dorman. F’din l-okkazzjoni, l-Gvernatur generali pprezenta bandalora artistika lis-Socjeta’ li giet imbierka minn Mons. Arcisqof. F’din l-okkazzjoni wkoll, is-Sur Piju Grech, iben il-fundatur, kixef pittura ta’ missieru, xoghol il-pittur Leone Chircop. Il-progress fi zmien tant qasir li din is-Socjeta’ ghamlet f’kull qasam ta’ l-iskopiet taghha li juri bic-car li s-Socjeta’ 12th May intlaqghet ferm tajjeb mill-poplu Zebbugi. Fi zmien qasir, il-Banda 12th May bdiet tgawdi popolarita liema bhala u bdiet tigi mistiedna taghti s-servizzi muzikali taghha f’bosta lokalitajiet madwar Malta u Ghawdex. Nhar il-gimgha 12 ta’ Gunju 1981, waqt il-programm Muzikali li l-Banda ta’ kull sena tesegwixxi ghall-Festa ta’ San Filep, is-Surmast Amante Attard ghadda l-bakketta tal-banda f’idejn Surmast Zebbugi iehor, Henry Camilleri. Wara sentejn minn meta s-Sur Amante beda d-direzzjoni tal-Banda 12th May, din l-istess Banda li huwa stess waqqaf u dderiega ghal ghoxrin sena shah, flimkien mal-poplu Zebbugi sellmitlu ghall-ahhar darba fil-funeral tieghu, nhar it-3 ta’ Mejju 1983. Izda ghalkemm is-Surmast Amante halliena, huwa baqa’ haj fostna bil-kompozizzjonijiet tieghu, specjalment bl-immortali Innu Marc ‘It-12 ta’ Mejju 1962’, maghruf maz-Zebbugin bhala ‘Rega Wasal il-Jum’. Pass wara pass, is-Socjeta’ waslet biex ticcelebra l-hamsa u ghoxrin anniversarju mit-twaqqif taghha. Sa minn snin qabel inhatar kumitat apposta sabiex jiehu hsieb ihejji ghal dawn il-festi specjali. Kif kien xieraq gie preparat programm kbir ta’ attivitajiet muzikali, socjali u kulturali. Fost l-ohrajn insemmu l-partecipazzjoni ta’ l-Orkestra tat-Teatru Manoel, il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, u l-Filarmonika Leone tal-Belt Victoria. Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet intlahaq nhar is-7 ta’ Gunju 1986 meta l-Banda 12th May taht id-direzzjoni tas-Surmast Henry Camilleri, esegwiet programm kbir, taht il-patrocinju ta’ E.T. President tar-Repubblika s-Sinjorina Agatha Barbara, u fil-prezenza ta’ l-oghla awtoritajiet civili u ekklezjastici. Wara dan il-programm sar il-kxif ta’ lapida kommemorattiva mill-President tar-Repubblika. Fl-1993, id-direzzjoni tal-Banda ghaddiet ghal zmien qasir f’idejn is-Surmast Raymond Fenech, u fl-1994, il-kumitat tas-Socjeta hatar liz-Zebbugi Charles Cachia bhala Surmast direttur tal-Banda 12th May. Fil-Bidu tas-snin disghin, is-Socjeta 12th May, xtrat zewgt idjar biswit is-sede li diga kellha sabiex flokom jitla bini iehor li jkun jaghmel parti mill-bqija tal-Kazin. Dan il-progett sar kollhu minghajr hlas mill-membri tal-Kazin u twettaq pjuttost fi zmien qasir minhabba l-hidma kontinwa li kienet tkun ghaddejja fuqu. Issa li l-progett tlesta, il-bini tal-Kazin irdoppja fil-kobor tieghu. Kellha tkun il-Banda Zebbugija l-aktar zaghzugha li ssemma’ lehinha barra minn xtutna ghall-ewwel darba, meta fid-9 ta’ Awissu ta’ l-1996, il-Banda flimkien ma’ mija u ghaxar partitarji irhewla lejn Sqallija sabiex il-Banda 12th May iddoq f’Agira. B’hekk ix-xewqa tal-membri tas-Socjeta li l-Banda taghhom iddoqq fil-Festa ta’ San Filep t’ Agira, saret realta’ nhar il-11 u 12 t’ Awissu. Ghal din l-okkazjoni, il-Banda ghamlet marci u esegwiet programmi, taht id--direzzjoni tas-Surmast Charles Cachia. Kellha tkun din iz-zjara storika li wasslet ghall-gemellagg bejn Haz-Zebbug u Agira. Barra minn hekk, rizultat ta’ hbiberija li tnisslet bejn il-membri tas-Socjeta u l-poplu ta’ din il-Belt, il-Banda 12th May ghamlet gemellagg mal-Filarmonica ‘Citta di Agira’. Wara snin ta’ thabrik mill-membri tas-Socjeta, gie rrestawrat plancier artistiku; l-eqdem plancier ta’ Malta, x’aktarx fuq disinn ta’ Lazzaro Pisani u li kien imzanzan originarjament fl-1891. Dan il-plancier gie inawgurat mill-gdid nhar il-31 ta’ Mejju 1997 fejn il-Banda 12th May esegwiet programm kbir taht id-direzzjoni tas-Surmast Charles Cachia. Dan il-programm kbir kien taht il-patrocinju ta’ l-E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici, President tar-Repubblika. Fl-istess gimgha, daqqet fuqu il-Banda “Citta di Agira” li kienet mistiedna fostna biex tiehu sehem fil-festa taht id-direzzjoni tas-Surmast Filippo Pistone Nascone. Wara dan il-programm mill-Banda Taljana, giet inawgurata ufficjalment is-sala tal-Kazin minn Gaetano Giunta, Sindku t’Agira. Din is-sala li inghatat l-isem ‘Agira’, hija l-akbar sala li hawn f’kazin tal-Banda gewwa Haz-Zebbug. Fl-1997 twaqqfet l-Iskola tal-Muzika 12th May. Permezz ta’ din l-iskola, saret riforma kbira ta’ kif isir it-taghlim fil-kazin. Din ir-riforma fit-taghlim, li issa beda jsir b’mod l-aktar professjonali, halliet il-frott li kien mistenni u issa l-Banda 12th May setghet tibda tiftahar li ghanda l-akbar numru ta’ bandisti tal-post f’haz-zebbug u fuq kollox li huma lkoll ta’ kwalita’ tajba. L-1998 wassal avveniment importanti iehor ghall-Banda u ghas-Socjeta 12th May. Nhar it-12 ta’ Gunju, waqt programm Vokali u Strumentali, il-banda zanznet Innu lil San Filep, kompozizzjoni tas-Surmast Raymond Sciberras, u fuq versi ta’ Mons. Lawrence Cachia. Lejn l-ahhar tas-sena 1999, Mro. Hermann Farrugia nhatar bhala l-hames Surmast Direttur tal-Banda 12th May. Dan is-Surmast Zebbugi kien beda l-karriera muzikali tieghu propju mall-Banda 12th May. Huwa kompla l-istudji tieghu ma’ Dr. Charles Zammit, Mro. Ronnie Debattista u ma nies prominenti ohra fil-qasam muzikali fl-Universita’ ta’ Malta. Fil-Present, is-Socjeta’ 12th May hija mmexxija mill-Kumitat Ezekuttiv bl-ghajnuna tas-Sotto Kumitati tan-Nisa, Zghazagh, Nar u Banda. Hija tinsab moghnija b’membri habrieka lejn is-Socjeta, il-Festa ta’ San Filep u lejn Haz-Zebbug. Is-sede tal-Kazin, dejjem bit-thabrik tal-membri, qieghda ta’ kull sena tikber u tisbieh. Is-Swali huma mzejna b’numru ta’ ghotjiet u tifkiriet, xiehda ta’ l-istorja glorjuza tas-Socjeta’ u l-imhabba li l-membri ghandhom lejha. Il-Banda 12th May, il-qalb tas-Socjeta’, hija mzejna b’numru sabih ta’ bandisti tal-post. Il-Fama li l-Banda kisbet fl-ewwel snin taghha kompliet tikber u ghalhekk, illum il-kalendarju ta’ l-istess banda huwa mzejjen b’numru sabieh ta’ servizzi barra minn Haz-Zebbug. Minbarra s-servizzi tradizzjonali f’ Haz-Zebbug u f’ diversi bliet u rhula f’ Malta u Ghawdex il-banda ta’ kull sena tesegwixxi kuncert kbir f’ xi teatru. Dawn huma kuncerti li kisbu gharfien shih Nazzjonali u kisbu success muzikali u organizzattiv, dawn huma l-ewwel erba’ kuncerti: Beethoven 175 (2002), Cavalleria Rusticana (2003), Muzika Sagra (2004), Musical Delights (2005) Matul is-snin, is-Socjeta’ dejjem kellha l-gharfien ta’ l-oghla awtoritajiet Ekklezjastici, civili u Muzikali. F’dawn l-ahhar snin, is-Socjeta qeghda taghti aktar importanza lit-taghlim muzikali. L-iskola tal-muzika thaddan fiha mal-hamsin student. B’hekk il-futur tal-Banda u tas-Socjeta ma jistax ma jqanqalx aktar kuragg u ma jbassarx aktar successi.

 

 
 
   
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free