HAZ-ZEBBUG----Citta De Rohan
  Il-Hajja ta' San Filep
 
Nistghu nghidu bil-liberta kollha li San Filep kien minn ta' l-ewwel li ddedikaw ruhhom ghall-missjoni mqaddsa. Ghalkemm huwa kien mill-Kappadocja, fis-Sirja, San Filep wettaq il-hidmiet tieghu 'l boghod minn pajjizu. Huwa kien missjonant mibghut mill-Vigarju ta' Kristu nnifsu biex isalva l-Belt t'Aggira minn dawk il-qilliet krudili li kienu harbtu ghal kollox lil din il-belt u lil niesha. Il-hidma ta' l-evangelizzazjoni tal-poplu t'Aggira kienet essenzjalment il-kobor ta' dan il-qaddis li gie fdat b'missjoni hekk delikata li jissielet mal-hazen tax-xjaten. San Filep kien il-maghzul mis-sema biex imur go Aggira halli jrazzan il-hazen u jehodha kontra l-ghadu infernali. Bicca xoghol verament delikata u li titlob qawwa tremenda halli teghlibha. Photo Sharing and Video Hosting at Photobucket Tant kienet bicca xoghol li kienet titlob bniedem ta' kobor singulari, illi San Pietru, imdawwar b'nies ghorrief u ta' kapacita immensa, hassu mhawwad ghall-ahhar lil min kellu jibghat ghax irraguna li ghal bicca xoghol bhal dik, minn dawk kollha li kellu madwaru, hadd minnhom ma kien addattat biex jissielet f'missjoni bhal dik! Pietru, imnebbah mill-kobor tas-smewwiet, haseb fiz-zaghzugh sacerdot frisk Filippu u kien fiducjuz li l-hazen kellu jintrebah ghall-glorja t'Alla!. San Filippu ta’ Agira twieled fis-Sirja, regjun tal-Lvant Nofsani, fl-ewwel seklu W.K. L-istess bhal numru ta’ qaddisin ohra, fosthom San Nikola ta’ Bari u Sant Antnin ta’ Padova, dan ma baqax jissemma ghall-post fejn twieled, imma ghall-post fejn wettaq il-missjoni tieghu jew fejn huma ppreservati b’ghozza kbira l-fdalijiet tieghu. Qabel nghaddu biex insemmu kif Filippu, mis-Sirja, sab ruhu fil-belt antikissima ta’ Agira, fi Sqallija, nistghu nghidu xi haga dwar dan il-Qaddis meta kien ghadu jghix fis-Sirja. Filippu twieled fis-sena 40wk. Il-genituri tieghu kienu Insara ferventi. Missieru, Teodozju kien sinjur u jippossiedi bicca art kbira fil-Kappadocja (illum bicca mit-Turkija). Ommu, Augia kienet mill-Belt ta’ Ruma. Din il-koppja nobbli kienu ilhom snin sewwa mizzewgin qabel twieled Filippu, Fil-fatt Filippu twieled meta Teodozju u Augia kienu f’eta’ avvanzata. Ghaliex gara hekk? Il-genituri ta’ Filippu kellhom tliet subien ohra izda dawn fl-aqwa taz-zoghozija taghhom mietu mgharrqa fl-ilma tax-xmara Sagarin waqt li kienu qed igorru taghbija annimali biex jinbieghu fis-swieq tal-Bitnija. Kbir kien id-dulur ta’ Teodozju u Augia ghat-telfa tat-tliet uliedhom. Dan Kompla zdied ghax peress li kienu xjuh ma setax ikollhom aktar ulied. Imma lejla wahda, Augia kellha visjoni fejn dehrilha anglu tal-Mulej fejn qallha biex tinza l-ilbies tal-vistu u tidlek wiccha bil-fwejjah, ticcelebra b’ikla tajba u trodd hajr lil Alla ghax se terga tnissel tifel. Dan kien it-tnissil ta’ Filippu. (Fil-maghmudija meta tawh l-isem FILIPPU huma misterjozament forsi kienu mnebbha li dan it-tifel kellu jkun gwerrir! Ghax "FILIPPU" jfisser gwerrir) Ta’ seba’ snin, it-tfajjel Filippu, skond id-drawwa ta’ dak iz-zmien, xaghru gie maqtugh u beda jattendi l-iskola b’hajra kbira li jsir sacerdot. Ta’ wiehed u ghoxrin sena, Filippu kien diga ordnat djaknu u ftit wara kien ordnat sacerdot. Photo Sharing and Video Hosting at Photobucket Lejn Ruma Fl-ewwel seklu wk, Ruma kienet fl-aqwa taghha u benniena tal-Kristjanezmu. Filippu kellu xwqa kbira li jmur Ruma u jiltaqa’ ma’ Pietru, l-princep ta’ l-Appostli. Sieheb Filippu, Ewsebju kellu l-istess xewqa, u fis-sena 64wk erhewla bil-bahar lejn Ruma. Ewsebju kien bniedem gharef u jaf il-Latin sewwa. F’nofs il-vjagg, tempesta qalila heddet li tgharraq il-bastiment bin-nies u t-taghbija b’kollox. U hawn beda l-ewwel miraklu ta’ Filippu. Huwa talab lil Alla biex ma jintilfux fit-tempesta. Waqt li kulhadd kien qed jistenna l-gharqa, jidher l-Appostlu Pietru lill-kaptan u jghidlu li Alla sema’ t-talba ta’ Filippu u ghall-merti ta’ l-istess Filippu, kulhadd kien salva. F’Ruma, Filippu u Ewsebju ltaqghu ma’ San Pietru. Hawn twettaq miraklu iehor. San Pietru hass li kien importanti ghal Filippu li jkun jaf jitkellem u jippridka bil-Latin, ghax Filippu ma kienx jaf lanqas kelma wahda fuq din il-lingwa. Pietru pogga idu fuq ix-xufftejn ta’ Filippu u dan, mirakolozament sar kapaci li jifhem u jitkellem bil-Latin daqs l-istess nies ta’ Ruma. Sadanittant, mill-belt ta’ Agira wasal messag lil San Pietru. Certu Belizarju, nobbli minn Agira li kien ghadu kif sar nisrani, talab lil San Pietru biex jibghat lil xi hadd halli jevangelizza fost in-nies ta’ Agira u postijiet ohra fi Sqallija. San Pietru laqa’ x-xewqa ta’ Belizarju u nkariga lil Filippu biex imur jevangelizza dan il-post. Filippu kellu l-inkarigu specjali li jkecci minn Agira numru kbir ta’ spirti hziena li kienu jabitaw fuq il-muntanja Teja, fejn illum hemm parti mill-abitat ta’ Agira. San Pietru ta l-awtorita’ ta’ Isqof lil Filippu u anke tah dokument prezzjuz, il-vangelu. San Filep wasal Agira fis-sena 66wk. Ewsebju baqa’ dejjem jakkumpanja lil Filippu. F’Agira Kif waslu f’Agira, Filippu u Ewsebju sabu ghar u bdew jghixu go fih. Go dan l-ghar Filippu baqa jghix hajtu kollha. Wara ftit jiem mill-wasla tieghu f’Agira, Filippu nxtehet b’ruhu u gismu biex jevangelizza. Kien imur ifittex il-bdiewa fl-ghelieqi taghhom u jhabbrilhom dwar Kristu. Wiehed mill-ewwel mirakli li wettaq f’Agira kien meta kecca numru kbir ta’ xjaten li kienu jghammru fil-kastell ta’ Toparca Agiro. Ewsebju jghidilna li meta Filippu radd is-salib u wera l-evangelju lil dawk l-ispierti l-hziena li kienu fil-kastell, instema’ ghajjat kbir, twerzieq u biki li jtarrax, sakem ix-xjaten hargu u helsu lill-belt ta’ Agira mill-invazjoni tad-demonji. Aktar tard, Filippu habrek biex tinbena Knisja f’dak il-post, Knisja li hu ddedika lil San Pietru li kien ghadu kif miet martri fis-sena 67wk. Filippu kompla jghallem u jaghmel bosta mirakli, l-aktar ifejjaq lill-morda u jiskongra l-imxajtna. Darba wahda, Filippu rnexxielu jkecci x-xjaten minn erba’ mitt imxajtan. Forsi xi hadd jistaqsi: “Ghaliex fil-belt ta’ Agira kien jezisti daqshekk numru kbir ta’ mxajtna?”. Ir-raguni hi, li f’din il-belt, kien jezisti l-kult sataniku. Imma Filippu, irnexxielu jipperswadi lic-cittadini ta’ Agira biex jieqfu jaghmlu riti satanici. Filippu ghamel bosta mirakli ohra f’din il-belt, fosthom fejqan minn gdim ta’ serp velenuz, u sahansitra l-qawmien mill-gdid ghall-hajja ta’ tifel mejjet jismu Giovanni. Fil-Ktieb “Vita del Taumaturgo San Filippo d’Agira” miktub minn Filippo Maria Provitina, insibu elenkati numru kbir ta’ mirakli mwettqa bl-intercessjoni ta’ San Filippu d’Agira. Minn dawn il-mirakli kollha insemmu wiehed li jidher interessanti. Tnax il-persuna gew akkuzati li kienu qed jikkonfoffaw kontra l-Arconte ta’ Agrigento. Instabu xiehda foloz u s-sentenza kienet li dawn it-tnax ghandhom jigu moghotija l-mewt. Il-genituri ta’ dawn l-kkundanatti bla htija appellaw minn din is-sentenza u talbu biex il-kawza tigi pprocessata fil-qorti ta’ Catania. Allura l-karti kollha tal-akkuza u anke l-kitba tax-xiehda kollha nghalqu f’borza u gew issigilati b’sigilli tac-comb. Sadanittant, il-genituri ta’ l-kkundanatti marru jibku u jitolbu lill-Isqof Filippu biex jara x’jaghmel halli l-gustizzja ma tigix ingannata minn dawk ix-xiehda foloz. Filippu qal lill-genituri u anke lit-tnax l-akkuzati biex jibqaw trankwilli u ma jinkwetaw ruhom xejn. Qallhom li mill-istess xiehda miktuba huma se johorgu liberati ghax hu stess biddel it-test fejn tghid li huma innocenti. U tabilhaq hekk gara. Meta bdiet tnqara l-kitba tax-xiehda ma nstab xejn li jakkuza lil dawk it-tnax innocenti u allura gew liberati. L-Arconte ta’ Agrigento, li kien il-kawza ta’ dak l-inkwiet kollu u akkuzi foloz, f’daqqa wahda giet fuqu marda gravi u wasal fil-punt tal-mewt. Talab malajr li jigi hdejh San Filippu biex jghidlu li jiddispjacih minn dak li ghamel. San Filippu mar hdejn l-Arconte, ra tabilhaqq li kellu ndiema sinciera u, allura, fejqu mill-marda fatali li kienet tfaccat fuqu. Minhabba n-numru bla ghadd ta’ mirakli li San Filippu ta’ Aggira ghamel matul hajtu kif ukoll wara mewtu, il-qaddis taghna nghata t-titlu ta’ ‘Tawmaturgu’. Photo Sharing and Video Hosting at Photobucket Il-Mewt ta’ San Filippu Jum wiehed fil-bidu tax-xahar ta’ April tas-sena 103wk, Filippu hass li l-hajja tieghu fid-dinja wasal biex jintemm. Allura, f’holma, huwa kellem lil Belizarju u qallu biex jippreparalu qabar fil-kripta tat-tempju ta’ Gerione-Ercole, fejn kien hemm il-hsieb li ‘l quddiem tinbena knisja b’ forma ta’ Salib Latin. Din il-bicca xoghol riedet tkun lesta fi zmien erbghin gurnata. Kif ghaddew l-erbghin gurnata, Filippu wara li qaddes bhas-soltu, ghamel diskors tat-tluq minn din id-dinja u mar jistrieh fil-post fejn kellu ppreparat il-qabar. Huwa miet fl-eta’ ta’ 63 sena, fit-12 ta’ Mejju tas-sena 103wk. Wara li Filippu miet, huwa baqa’ jzomm id-drigh tieghu tal-lemin ‘il fuq, qisu qed ibierek, u f’idu x-xellugija baqa’ jzomm il-Vangelu li kien tah San Pietru qabel ma telaq minn Ruma. In-nies ta’ Aggira bkewh hafna lir-raghaj spiritwali taghhom. Hu kien helishom minn ghaks, guh, gwerra, nirien, pesta u terremoti matul iz-zmien li kien fil-Belt taghhom. In-numru ta’ mirakli rregistrati bl-intercessjoni ta’ l-Isqof Filippu, anke wara mewtu huwa bla ghadd. Hafna morda gravi kienu jfiequ billi sempliciment imissu mal-qabar tal-qaddis. Mal-mixja taz-zmien, id-devozzjoni lejn San Filippu t’Agira bdiet tinxtered anke barra minn Sqallija u twaqqfu bosta knejjes u artali dedikati lilu. Fil-gzira taghna, precisament f’Haz-Zebbug, din il-qima giet introdotta minn Kataniz jismu Filippu. Sa mis-sena 1723 giet ippreservata relikwia ta’ dan il-qaddis gewwa t-tempju mibni apposta ghall-unur tieghu. Din l-nformazzjoni ngabet mis-sit www.cittarohan.org .
 
 
   
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free